My Guide Website?
The Book Festival on Campus 2017 is meant to provide a space for Maltese publishers and distributors to promote their work with a mature audience, such as university students. Apart from book sales, there is a varied programme of events. This aims at promoting literature within a wide scope that extends well beyond the business of selling books.
Among the other activities in the programme, there will be interviews with authors, a local music performance by Marmalja, the screening of literary-themed films and a good number of collaborative activities with various cultural organisations, among which are student organisations. The full programme of events will be published later on this week and members of the public can follow the updates directly by visiting this event’s page. It will include creative writing sessions by Caroline Smailes and Miriam Calleja, sessions on modern usage of Maltese and Maltese language learning. Students from De la Salle Higher, San Alwija Higher and Junior College will be attending some of the events. Members of the public attending the Festival will benefit from guided tours of the University Library.
The publishers and distributors participating in the festival are HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, KOTBA CALLEJA and BDL, some of whom will be setting up events of their own. There will also be a stand for the organisers, Għaqda tal-Malti – Università and the National Book Council, which will serve as an information desk for all visitors to the festival.
_____________________________________________________________________
Dan l-Għaqda tal-Malti – Università jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ kotba jkun hemm ukoll programm varjat ta’ attivitajiet, bl-għan li l-letteratura nippromovuha fis-sħuħija tagħha, u mhux biss bħala prodott li jinxtara. Għal dan il-għan isir ħafna ħidma ma’ organizzazzjonijiet u individwi minn oqsma differenti tax-xena kulturali tal-pajjiż sabiex il-programm ikun wieħed varjat u miftuħ għall-interessi differenti ta’ membri tal-pubbliku.
Fost attivitajiet oħra, se jkun hemm intervisti ma’ awturi, mużika lokali, films marbuta ma’ xogħlijiet letterarji, diskussjonijiet dwar il-lingwa, dawriet iggwidati mal-Biblijoteka tal-Università, u għadd ta’ kollaborazzjonijiet ma’ għaqdiet oħra, fosthom għaqdiet studenteski. Il-programm sħiħ joħroġ fil-jiem li ġejjin, u l-pubbliku jista’ jsegwi l-aħħar aġġornamenti mill-attività fuq Facebook. Se jkun hemm sessjonijiet ta' ktiba kreattiva kemm ma' Caroline Smailes kif ukoll ma' Miriam Calleja, taħdit fuq l-użu modern tal-Malti u t-tgħallim tal-ilsien Malti. Studenti mid-De La Salle Higher, San Alwiġi Higher u l-Junior College ser jżuru xi uħud mill-attivitajiet. Membri tal-pubbliku li jżuru l-festival ser ikunu jistgħu jżuru ukoll il-Librerija tal-Universita' fuq żjara ggwidata.
Il-pubblikaturi u d-distributuri li se jkunu preżenti huma HORIZONS, FARAXA BOOKS, SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS), STUDENTS PHILOSOPHICAL SOCIETY, EDE, KOTBA CALLEJA, u BDL. Uħud minn dawn il-pubblikaturi u d-distributuri se jkunu qed jorganizzaw ukoll xi attivitajiet. Ikun hemm ukoll stand tal-organizzaturi, jiġifieri tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, minn fejn wieħed ikun jista’ jikseb aktar tagħrif.