Il-Festa l-Kbira

Valletta, Malta

Friday 6 April to Saturday 7 April at 18:00 until 23:00
Malta Valletta

EN version: https://valletta2018.org/events/il-festa-l-kbira/
*
Idħol sal-Belt kapitali għal avveniment uniku meta l-erba’ festi prinċipali u ż-żewġ għaqdiet tal-Banda fl-istess Belt jingħaqdu sabiex jimlew it-toroq bil-mużika u brijju. Fuq sfond tal-Festa Kattolika, gawdi l-erba’ purċissjonijiet tradizzjonali mżewqa b’tiżjin, marċi u l-briju tradizzjonali sinonimu mal-poplu Malti. L-ingredjenti kollha li jsawru l-festa Maltija.

Il-Festa l-Kbira tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku, il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette u s-Società Filarmonica King’s Own tal-Belt Valletta u s-Società Musicale Beland, Żejtun u l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq.

Fis-6 t’April, se jsir marċ u kunċert konġunt mill-Banda King’s Own u l-Banda La Valette fi Pjazza San Ġorġ. Fis-7 t’April, se jsiru diversi attivitajiet madwar il-Belt Valletta u l-Isla, inkluż Regatta.

Ara l-Programm tal-Attivitajiet hawn taħt:

L-Erbgha, 4 t’April 2018

6:00pm
Konsagrazzjoni tal-Knisja u inawgurazzjoni tal-pavimentar ġdid ġewwa l-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu

*

Il-Ġimgħa, 6 t’April 2018

• 7:30pm • Il-Banda King’s Own u l-Banda La Valette jibdew marċ minn Pjazza Ħelsien sa Pjazza San Ġorġ. Il-marċ jasal fil-Pjazza fit-8:30pm
• 9:00pm • Il-Banda King’s Own u l-Banda La Valette jtellgħu kunċert konġunt fi Pjazza San Ġorġ. Kull banda ser ittella’ programm ta’ 40 minuta.

*

Is-Sibt, 7 t’April 2018

• 11:45am • Regatta fil-Port il-Kbir
• 4:15pm • Preżentazzjoni tal-Valletta 2018 Shield ‘Leġġendi tal-Port il-Kbir’
• 5:00pm • Quddiesa fl-erba’ knejjes involuti
• 5.45pm • L-erba’ baned mistiedna jinġabru quddiem il-knejjes rispettivi sabiex isellmu l-vari titulari waqt il-ħruġ
• 6.00pm • Ħruġ tal-vari titulari
• 6:50pm • Il-vari titulari jibdew jaslu fi Pjazza San Ġorġ
• 7:35pm • Ċelebrazzjoni u mument ta’ talb li jinkorpora l-erbgħa festi flimkien. Din tkun mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna
• 8:00pm • Il-vari titulari flimkien mal-baned jibdew triqthom tul Triq ir-Repubblika lejn Bieb il-Belt
• 9:10pm • Il-vari titulari jibdew jaslu fi Pjazza Ħelsien
• 9:30pm • Il-vari titulari jaqbdu r-rotta lura lejn il-Knisja rispettiva
• 10:45pm • Dħul tal-vari titulari fil-knejjes

*

Programm tar-Regatta – 7 t’April

• 11:45am • Introduzzjoni għall-Programm tar-Regatta fuq il-Palk Ewlieni
• 11:53am • L-ewwel Tellieqa – B Tal-pass x 2
• 12:00pm • Wirja tal-Kanuni mill-Barrakka ta’ Fuq
• 12:10pm • Jibda l-Programm minn Valletta 2018 fil-Valletta Waterfront
• 12:10pm • Jibda l-Programm fl-Isla
• 12:25pm • It-tieni Tellieqa – Open A Tal-Midalji
• 12:35pm • Divertiment għat-Tfal minn Valletta 2018
• 12:50pm • It-Tielet Tellieqa – B Kajjikki
• 1:00pm • Progamm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 1:20pm • Ir-Raba’ Tellieqa – Open A – Frejgatini
• 1:30pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 1:50pm • Il-ħames tellieqa – B – Midalji
• 2:00pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 2:10pm • Diska Valletta 2018 għat-Tnedija tat-Tellieqa Leġġendi tal-Port
• 2:15pm • Is-Sitt Tellieqa – Tellieqa Valletta 2018 – legends of the Harbour. Tal-pass x 4
• 2:25pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 2:40pm • Is-seba’ Tellieqa – Open A – Tal-Pass x 2
• 2:50pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 3:00pm • Preżentaturi jagħtu informazzjoni dwar Il-Festa l-Kbira.
• 3:10pm • It-tmien Tellieqa – B – Frejgatini
• 3:20pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 3:40pm • Id-disa’ Tellieqa – Open A – Kajjikki
• 3:50pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 4:10pm • L-għaxar Tellieqa – B – Tal-Pass x 4
• 4:20pm • Programm ta’ Valletta 2018 ikompli fil-Valletta Waterfront u fl-Isla
• 4:35pm • Il-ħdax il-Tellieqa – Open A – Tal-Pass x 4
• 4:45pm • Riżultati
• 4:50pm • Preżentazzjoni Valletta 2018 Shield u Open A shield u Cat B Shield
• 5:00pm • Għeluq

View Larger Map

Directions

Photos

My Lists

Create New Guide

OR

Mini Guides
Arrow

Login to create your guides for Malta.

Add to My Guide

Create New Guide

Cancel

Cancel

Recommended Experiences in Malta

500+ trusted car hire partners globally

Create & Share your own Guide to Malta with friends and family!

Add your recommended places to visit by browsing the website and pressing the icon.

Create your own guide of favourite 'must see' places

Earn your Local Expert badge by Sharing your guides with others

Get your guide seen by submitting it to the Mini Guides section

Lists

We Are Part of the My Guide Network!

My Guide Malta is part of the global My Guide Network of Online & Mobile travel guides.

We are now in 120+ Destinations and Growing. If you are interested in becoming a local travel partner and would like to find out more then click for more info about our Website Business Opportunity.

Nearby Destinations

Events in Malta

Filter Events by Sub-Category

Please select a Date first.

Search for a company in Malta