Il-Ħanut

Sunday 14 January to Sunday 21 January at 19:00 until 19:00
Malta

IL-ĦANUT

Tidħol ġo ħanut tal-merċa biex tixtri. Tara laned tat-tonn taż-żejt, bottijiet tal-piżelli, tat-tadam, tal-faqqiegħ. Kaxxi taċ-ċereali kbar u żgħar u fliexken tal-ilma. Tiftaħhom u ssib poeżija.

Bejn l-14 u l-21 ta’ Jannar il-kmajra numru 83 fi Strada Stretta se tinbidel f’Il-Ħanut. Ħanut tal-merċa li tista’ tidħol fih u tieħu kemm trid mill-bottijiet u laned u fliexken u kaxex miġbur mill-Beltin u b’disinn ta’ Ed Dingli. U magħhom il-poeżiji tal-proġett Poetry in Potato Bags miktuba minn poeti emergent u stabbiliti kif ukoll poeti żgħar. Il-poeti tal-proġett huma Achille Mizzi, Dorianne Bonello, Kit Azzopardi, Priscilla Cassar, Adrian Grima, Joe P. Galea, Beverly Agius, Emmanuel Attard Cassar, Jesmond Sharples, Mario Cardona, Omar Seguna, Murad Shubert, Simone Inguanez, Rita Saliba, George Peresso, Clifton Azzopardi, Therese Pace, Nadia Mifsud, Elizabeth Grech, John Aquilina, Glen Calleja, Walid Nabhan, Pawlu Mizzi, Jean Paul Borg, Miriam Calleja, Clare Azzopardi, u Claudia Gauci, filwaqt li l-iskejjel li ħdima magħhom s’issa huma Youth.Inc (Aġenzija Żgħażagħ), u l-Iskejjel Primarji tan-Naxxar, Raħal Ġdid u r-Rabat Għawdex. Fil-Ħanut tistgħu wkoll tisimgħu l-poeti jaqraw il-poeżiji tagħhom stess u taraw ritratti tal-proġett meħuda minn Giola Cassar.

Poetry in Potato Bags huwa proġett li jiċċelebra l-iskambju taż-żerriegħa u l-patata. Ir-rabtiet kulturali bejn Leeuwarden u Malta jmorru lura għall- 1850. Meta ż-żerriegħa tasal minn Leeuwarden, il-bdiewa Maltin jiżirgħuha u jkabbru l-patata, li mbagħad tmur lura Leeuwarden. Il-proġett “Poetry in Potato Bags” jagħmel użu minn dan iċ- ċiklu billi jiskambja l-poeżija maż-zżerriegħa u l- patata, filwaqt li jiċċelebra t-titlu ta’ Belt Kulturali Ewropea fl- 2018.
Żuru l-Ħanut bejn id-9am u s-1pm u l-4pm u s-7pm! Dan il-proġett bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ tal-Belt Kulturali Ewropea 2018 qed jittella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u Inizjamed bl-għajnuna ta’ Abdilla Importers/Exporters, Third World Group u Ta’ Nenu Artisan Bakery.
Għal aktar dettalji żuru www.facebook.com/events/113569022763286.

---

Inspired by a collaborative project with Leeuwarden-Fryslân 2018, Poetry in Potato Bags, this poetry/potato shop will invite visitors to a space where only poetry will be 'sold', in four different languages. There will be workshops for kids, in which they will be able to draw and colour, but also learn ways to exchange poetry for more poetry - on the radio, in potato bags, in jars and more...

All week from the 14th to the 21st of January / Il-ġimgħa kollha mill-14 sa l-21 ta' Jannar:

14 January / Jannar: 19:00-22:00
15-19 January / Jannar: 09:00-12:00, 16:00-19:00
20 January / Jannar: 09:00-12:00, 16:00-22:00
21 January/ Jannar: 09:00-12:00, 16:00-19:00

Address / Indirizz: 81/3, Strait Street

Find out more here / Skopru iżjed hawn ---> http://valletta2018.org/events/opening-week-music-theatre/

View Larger Map

Directions

Photos

My Lists

Create New Guide

OR

Mini Guides
Arrow

Login to create your guides for Malta.

Add to My Guide

Create New Guide

Cancel

Cancel

Recommended Experiences in Malta

500+ trusted car hire partners globally

Create & Share your own Guide to Malta with friends and family!

Add your recommended places to visit by browsing the website and pressing the icon.

Create your own guide of favourite 'must see' places

Earn your Local Expert badge by Sharing your guides with others

Get your guide seen by submitting it to the Mini Guides section

Lists

We Are Part of the My Guide Network!

My Guide Malta is part of the global My Guide Network of Online & Mobile travel guides.

We are now in 120+ Destinations and Growing. If you are interested in becoming a local travel partner and would like to find out more then click for more info about our Website Business Opportunity.

Nearby Destinations

Events in Malta

Filter Events by Sub-Category

Please select a Date first.

Search for a company in Malta