My Guide Website?
Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tan-Nadur, il-Kumitat Żgħażagħ Imnarja, qed jorganizza il-Miss Queen Carnival wara bosta snin. Din l-attivita ser issr il-Ġimgħa 17 ta’ Frar ġewwa t-teatru MBC fin-Nadur, ħin 7:30pm. Miss Queen Carnival hija kompetizzjoni bejn mudelli tfajliet għat-titli principali Miss Nadur Queen Carnival u Miss Gozo Queen Carnival. Ir-rebbieħa ta’ dawn it-titli jkunu ukoll parti mill-program tal-Karnival Organizzat ġewwa in-Nadur. Għalhekk nistednukom tingħaqdu magħna biex niftħu flimkien l-attivitajiet tal-Karnival ġewwa in-Nadur!
Min jixtieq jikseb applikazzjoni għal din l-attivita jista jikkuntatjana minn fuq il-Facebook Page tagħna Żgħażagħ Imnarja jew tinġabar mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Kunisill Lokali tan-Nadur huma, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 9:00am u 2:00pm u is-Sibt bejn 9:00am u 11:00am.
Biljetti għal din l-attivita jistaw jinkisbu minn għand il-membri tal-Kumitat jew min għand mudelli li ser ikunu qed jieħdu shem f’din il-kompetizzjoni, kif ukoll mill-Kunsill Lokali tan-Nadur jew il-Kazin tal-Banda stess.
Narawkom!