
Movies At The Palace
San Anton Palace
Sat Apr 21st 2018 at 19:30Malta, San Anton Gardens, AttardMalta https://www.myguidemalta.com/events/movies-at-the-palace BOOK NOW
Event Details
Nhar is-Sibt 21 ta' April 2018, is-Soċjeta' Filarmonika L-Unjoni ta' Ħal Luqa ser ittella' kunċert mużikali bl-isem 'Movies at the Palace'. Dan il-kunċert ser jinkludi mużika ta' wħud mill-aqwa films li dehru fid-dinja taċ-ċinema, b'ħafna mill-arranġamenti jsiru għall-din l-okkażjoni. Il-Filarmonika L-Unjoni, flimkien mal-Coro Bel Canto, ser ikunu taħt id-direzzjoni ta' Mro. John David Zammit. Din ser tkun lejla maġika ta' mużika, dwal u viżwali li ser titella' fil-bitħa tal-Palazz ta' San Anton.
Il-kunċert ser ikun taħt il-patroċinju tal-E.T. President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u ser jibda fis-7.30pm. Biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt, b'donazzjoni ta' 7 Euro, li ser tmur għall-Malta Community Chest Fund Foundation. Din l-attivita' qed tittella' bil-koperazzjoni tal-iskema 'Kommunitajiet Kreattivi' tal-Kunsill Malti għall-Arti
Directions
My Guide Website?