Qaħba Jien?

Spazju Kreattiv

Fri Nov 3rd 2017 to Sun Nov 5th 2017 at 20:00 until 21:00
Malta, Spazju Kreattiv, St James Cavalier, Castille Place, Valletta
BOOK NOW

Event Details

Dati u Ħinijiet:
Il-? imgħa 3 Novembru 2017, 8:00 PM
Is-Sibt 4 Novembru 2017, 8:00 PM
Il-Ħadd 5 Novembru 2017, 7:30 PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San ? akbu)

Prezz: €15 fit-teatru ewlieni; €12 fil-galleriji ta’ fuq tat-teatru

Ingħaqad magħna f’din il-produzzjoni teatrali fejn persuna, li għax in-natura żejnitha b’kollox, l-ilsna jtaqtqu bl-addoċċ fuqha. L-irġiel jilgħabuha tal-machos, kollha jivvintaw x’irnexxielhom jagħmlu magħha, imqar jekk hi lanqas biss tafhom. Min-naħa l-oħra n-nisa jgħiru għaliha għax jarawha li aktar tiġbed attenzjoni minnhom.

Hija storja li bdiet fis-snin tmenin… familja li minħabba ċ-ċirkostranzi, tinbidel il-ħajja tal-membri tagħha ta’ taħt fuq. Il-missier jimrad u jinbaram mid-dinja. L-omm toħroġ taħdem, u tiġi fi lsien in-nies meta jakkużawha li qiegħda tmur ma’ min impjegaha. L-għajdut jgħaddi għand il-bint, jibdew isejħulha qaħba. Il-kelma timxi u n-nies jidraw isejħulha hekk; anki xi qraba, biex ikunu bħal kulħadd. L-unika tama kien ġuvni li ltaqgħet miegħu u jibdew joħorġu flimkien. Jidher ikun kollox sew, sakemm…

Tibda tikkunsidra għandhiex tkompli tgħix jew le. Id-dubji jibqgħu hemm, dubji influwenzati minn dak li jgħidu n-nies. Taghmel minn kollox biex tkisser l-isterjotipi. Turi kif ma tista’ tiġġudika lil ħadd jekk ma tkunx tolleranti u mxejt il-mogħdija tal-ħajja fiż-żarbun tagħha, anki kontra t-tentazzjoni li teħles darba għal dejjem… Imma fil-fatt min hi l-qaħba? Hi l-qaħba jew is-soċjet? tagħna?

ATTRIĊI: Sarah Camilleri
DIREZZJONI: Mario Micallef
KITBA U PRODUZZJONI: Joe Julian Farrugia

View Larger Map

Directions