Toi Toi Plays: PIKuŻi

Malta

Sunday 24 April
Malta Manoel Theatre Valletta

Toi Toi Plays: PIKuŻi Producer: Teatru Manoel Recommended Age: Strictly 6+ Venue: Studio Theatre Price: Child €5 Adult €7 SCHEDULE Sunday, 21 February 2016, 11am & 12.15pm Sunday, 24 April 2016,11am & 12.15pm Sunday, 15 May 2016, 11am & 12.15pm DESCRIPTION Min huma Pik u Żi? Pik u Żi huma zewġt ibniet t’għaxar snin li jgħixu Malta fl-2015. Ilhom ħbieb tal-qalb minn mindu kienu zgħar, dejjem marru l-istess skola u jqattgħu ħafna ħin għand xulxin. Kif jimplika l-isem, dawn huma zewġ karattri li dejjem lesti għal xi avventura u mhux l-ewwel darba li jisfidaw l-opinjoni tal-kbar. Dan ma jagħmluhx b’malizzja iżda għax huma tfal intelligenti li ma jibilgħux kollox. Kif intlaqgħu PikuŻi? Kemm it-tfal u anke il-kbar ħabbewhom lil PikuŻi. Il-feedback li qlajna kien wieħed pożittiv u spiss irċivejna kummenti fuq il-fatt li dawn ir-reċti kienu ibbilanċjati tajjeb ħafna. Dan jidher fil-fatt li kienu kemm edukattivi imma fl-istess ħin interessanti u fil-fatt li trattaw suġġetti sensittivi imma fl-istess ħin l-omoriżmu ma naqasx. Wara l-performances it-tfal spiss kienu jiġu jieħdu ritratti magħna, ikellmuna, isaqsuna fuq xi ħaġa li intrigathom waqt ir-reċta u jgħidulna kemm huma eċitati għal avventuri oħra ta’ PikuŻi. Dan kollu qanqal lil udjenza tagħna biex tħeġġiġna inkomplu dawn ir-reċti matul l-istaġun li jmiss! ................................................................................................................................................................................ 'PikuŻi fuq sieq waħda' Il-Ħadd 21 ta' Frar 2016 11am u 12.15pm (eta 6+) Żi...Fejna Żi? Fuq l-aħbarijiet tat-tmienja iħabbru li tifla t’għaxar snin bl-isem ta’ Żi ilha nieqsa għal numru ta’ siegħat. Il-qraba u l-ħbieb tagħha jinsabu inkwetati ferm u qed isaqsu lil kull min għandu xi informazzjoni biex jgħarraf lill-awtoritajiet malajr kemm jista' jkun. Madanakollu l-unika persuna li tista’ ssolvi dal-misteru lanqas biss tista’ toħroġ mid-dar. Hekk hu! Pik qalgħet kastig talli ħarbet ma’ Żi. Imma stenna daqsxejn, allura kif Pik waslet lura u Żi għadha mitlufa? Ejja nisperaw biss li ma ltaqgħet ma' ħadd li seta' tellfilha t-triq... 'Ferħa bla temma għal PikuŻi' Il-Ħadd 24 t'April 2016 11am u 12.15pm (eta 6+) Pik wasal għeluq snina u erħila tiprepara għal festin! Ftehemet ma Żi biex imorru jixtru l-bżiezaq, karti tal-kulur, inviti u ħafna iżjed affarijiet. Huma u jippreparaw dan kollu Żi il-ħin kollu tara kif se tieħu min ras Pik x’tixtieq għal għeluq sninha. Fl-aħħar jasal jum il-festin u Żi tkun xtrat lil Pik kanarin. Għalkemm Pik tkun se ttir bil-ferħ għax fl-aħħar għandha pet li tant ilha tixtieq b’qalbha kollha, il-papà ta’ Pik, pront iwiddiba illi mhux se jkun possibbli li żżommu. Pik tasal biex tobdi imma se jkun proċess diffiċċli ħafna għaliha għax wara ftit minuti mal-Ġorg il-kanarin tkun diġa qed tqisu b’ħuha iż-żgħir! 'X’se jsir minnhom PikuŻi?' Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 11am u 12.15pm (eta 6+) Pikuzi waslu f'punt fejn id-deċiżjonijiet li jagħmlu issa se jaffettwaw dak li se jsir mill-futur tagħhom. L-aħħar reċta ta' din is-sena se tieħu l-udjenza fuq vjaġġ flimkien maż-żewġ karattri li se jimponi fuqhom ħafna mistoqsijiet li mhux se jkunu daqstant facli biex jaslu ghat-twegibiet. ................................................................................................................................................................................ Reċti li għaddew: PikuŻi: Kapitlu Ġdid – Ottubru (7+) Għaddiet sena u Pik u Żi waslu biex jerġħu jibdew skola. B'eċitament kbir (u b'kemmxejn rezistenza biex iqumu kmieni) jaslu l-iskola, imma xi ħaġa li tħabbar Madame Tussot ma tantx iddoqq għal widnejhom. PikuŻi se jkollhom iqattghu ħafna ħin mill-ġurnata bogħod minn xulxin u jagħmlu ħbieb ġodda. Se jkollhom jitgħallmu ikunu iżjed indipendenti u ma jibqgħuxdejjem ikkakmati flimkien! Qabel jitgħallmu dan kollu imma se jagħmlu erbgħa bawxati. Kif se jinbidlu l-istejjer ta' dawn iż-żewġt ibniet? PikuŻi isiefru Safra – Diċembru (7+) Iż-żewg imqarbin tassew ħerqana għat-titjira li għandhom preparata għal matul il-vaganzi tal-Milied. Għal kuntrarju ta' Pik, li siefret bosta drabi, Żi m'għandiex idea ta' x'suppost tippakja, ta' x'inhi l-proċedura fl-ajruport jew x'għandhom jagħmlu bil-biljetti u l-passaport. Din id-darba se nsegwu lil PikuŻi huma u sejrin għad-destinazzjoni tagħhom u l-esperjenza tagħhom meta jaslu fid-destinazzjoni. Tgħidx kemm se jaraw affarijiet interessanti u kemm se jduqu xorti għall-ewwel darba! Waqt dawn l-iskoperti kollha PikuŻi jiskopru ukoll x’inhi kultura u l-importanza tagħha.

View Larger Map

Directions

Photos

My Lists

Create New Guide

OR

Mini Guides
Arrow

Login to create your guides for Malta.

Add to My Guide

Create New Guide

Cancel

Cancel

Recommended Experiences in Malta

500+ trusted car hire partners globally

Create & Share your own Guide to Malta with friends and family!

Add your recommended places to visit by browsing the website and pressing the icon.

Create your own guide of favourite 'must see' places

Earn your Local Expert badge by Sharing your guides with others

Get your guide seen by submitting it to the Mini Guides section

Lists

We Are Part of the My Guide Network!

My Guide Malta is part of the global My Guide Network of Online & Mobile travel guides.

We are now in 120+ Destinations and Growing. If you are interested in becoming a local travel partner and would like to find out more then click for more info about our Website Business Opportunity.

Nearby Destinations

Events in Malta

Filter Events by Sub-Category

Please select a Date first.

Search for a company in Malta