My Guide Website?
Bejn il-Ħbieb L-Erbgħa 17 ta’ Jannar @ 19:30
Tazza nbid u ftit għana tradizzjonali ma’ Salvu Tanti u l-għannejja tiegħu: stejjer u ċajt u ftit botti bejn l-għannejja. Ejjew ingħaqdu magħna għal serata Beltija f’atmosfera informali mad-Dumnikani Beltin.
L-Għaqda Festi Esterni San Duminku flimkien mal-VLT 450 Creative Hub qegħdin iħejju bi ħġarhom għall-bidu tal-festi kbar tas-sena 2018 li fihom il-Belt Valletta ssir Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Din hi biss waħda minn serje t’attivitajiet ġewwa s-Sala San Duminku kif ukoll wirja ġewwa l-maħżen tal-armar li tiċċelebra il-wirt tal-festa tal-komunità Dumnikana ġewwa l-Belt.
Dħul għall-attivitajiet ġewwa s-Sala San Duminku huwa b’xejn iżda spazju limitat. Tista’ tirriserva post billi tibgħat email fuq: bookingsanduminku@gmail.com jew iċċempel fuq 79661689, kif ukoll billi tibgħat messaġġ hawn stess fuq Facebook.
Min għandu xi postijiet riservati huwa mitlub ikun fis-Sala sa kwarta qabel il-bidu tal-attività, inkella r-riservazzjoni taqa’.