Hekuba

Teatru Manoel

Friday 25 November to Sunday 27 November at 20:00 until 19:00
Malta 115, Old Theatre Street Valletta

L-Atturi:
Karmen Azzopardi,
Mario Micallef,
Michael Tabone,
Anthony Ellul,
Lee-N Abela,
Alan Fenech,
Andre Mangion

Kor:
Marceline Galea, Kim Dalli, Michelle Zerafa, Daniela Carabott Pawley, Shelby Aquilina, Amanda Cachia,
Veronica Mizzi, Claire Buhagiar, Maronia Mallia.

Traduzzjoni: Alfred Palma
Direzzjoni: Josette Ciappara

Dawma: 90 minuti

Hekuba hija waħda mit-traġedji kbar Griegi, miktuba minn Ewripide għall-ħabta tas-sena 424 Q.K., u sseħħ wara l-Gwerra ta’ Trojja, iżda qabel ma l-Griegi jkunu telqu mill-Belt. Il-figura ċentrali hija Hekuba, il-mara tar-Re Prijamu, darba Reġina tal-Belt mirbuħa. Il-qofol tal-ġrajja huma n-niket bla qies ta’ Hekuba għall-mewt ta’ bintha Polissena u l-vendetta tagħha mir-Re Polimestor, wara li dan ikun qatel bi tradiment lil binha Polidoru u seraqlu r-rigali li kien ħa miegħu.

Id-dramm jiftaħ bil-fantażma taż-żagħżugħ Polidoru, li jtarraf kif wara li Trojja tkun tilfet il-gwerra, huwa kien intbagħat għand ir-Re Polimestor biex dan jieħu ħsiebu; iżda Polimestor jittradih, joqtlu, u jisirqu ...Għaliex? X’kien l-akbar skop ta’ Polimestor biex jeħles miż-żagħżuħ?

Immorru fi Thrace, fejn Hekuba, issa lsira tal-Griegi tinsab iġġarrab in-niket kbir tat-telfa tat-tron tagħha u ta’ pajjiżha. Il-Kor ibassrilha l-mewt ta’ bintha Polissena. U Hekuba titbikkem. Għaliex kienet se tmut, jew tinqatel, Polissena, u x’tagħmel Hekuba iddisprata biex issalva l-ħajja ta’ bintha?

Għall-għana funerju tal-Kor, il-katavru ta’ Polidoru jiddaħħal fix-xena, wara li jkun inġarr mill-mewġ għalfuq ix-xatt. Meta Hekuba tiskopri li binha wkoll kien safa’ maqtul, iżżid tiddispra u taħlef vendetta. Hija titlob lil Agamennone, Re ta’ Micenea, biex jgħinha tivvendika ruħha għall-mewt taż-żewġ uliedha. Cassandra, bint oħra ta’ Hekuba, tkun il-konkubina ta’ Agamennone; għalhekk dan isib ruħu bejn ħaltejn jekk jgħinx lill-omm jew le. X’jagħmel? Jgħinha lil Hekuba biex tikseb vendetta, meta kien jaf tajjeb li ma kienx jaqbillu jxellef difru mal-Griegi?

Polimestor jaħbi minn Hekuba dak li kien għamel lil binha. Iżda hi tkun taf tajjeb x’għamel, għad li ma turihx li kienet taf; u issa tkun lesta biex titħallas minnu. X’tagħmel Hekuba, biex tħajjar lil Polimsestor u liż-żewġ uliedu subien biex jaqgħu fin-nassa tagħha? Xi skuża ġġiblu biex hu u ż-żweġ uliedu subien jidħlu fil-kamp tagħha? U kif jispiċċaw Polimestor u wliedu? X’jagħmel ir-Re Agamennone meta jara l-istraġi li tkun wettqet Hekuba. Għaliex Agamennone jagħti raġun li Hekuba għal dak li tkun għamlet, u xi jbassar Polimestor, irrabjat u sfigurat, għal Hekuba u għal Agamennone?

View Larger Map

Directions

Photos

My Lists

Create New Guide

OR

Mini Guides
Arrow

Login to create your guides for Malta.

Add to My Guide

Create New Guide

Cancel

Cancel

Recommended Experiences in Malta

500+ trusted car hire partners globally

Create & Share your own Guide to Malta with friends and family!

Add your recommended places to visit by browsing the website and pressing the icon.

Create your own guide of favourite 'must see' places

Earn your Local Expert badge by Sharing your guides with others

Get your guide seen by submitting it to the Mini Guides section

Lists

We Are Part of the My Guide Network!

My Guide Malta is part of the global My Guide Network of Online & Mobile travel guides.

We are now in 120+ Destinations and Growing. If you are interested in becoming a local travel partner and would like to find out more then click for more info about our Website Business Opportunity.

Nearby Destinations

Events in Malta

Filter Events by Sub-Category

Please select a Date first.

Search for a company in Malta